Loomad + inimesed = ühine tervis

 

Il-Federazzjoni tal-Veterinarji tal-Ewropa

L-imsieћeb ewlieni tal-kampanja (flimkien mal-Kummissjoni Ewropea) għall-azzjonijiet dwar il-bijosigurtà fil-livell tar-razzett huwa l-Federazzjoni tal-Veterinarji tal-Ewropa (FVE) – organizzazzjoni li tiġbor fi ħdanha gruppi ta' veterinarji minn 36 pajjiż Ewropew.

Imwaqqfa fl-1975, l-FVE tirrappreżenta x-xorta kollha ta’ assoċjazzjonijiet ta’ veterinarji fuq livell nazzjonali u Ewropew: dawk li jipprattikaw il-professjoni, esperti fl-iġjene, uffiċjali veterinarji statali, u veterinarji fl-edukazzjoni, fir-riċerka u fl-industrija. Il-membri diretti tagħhom huma jew unions tal-veterinarji mill-Istati Membri jew korpi uffiċjali li jirrappreżentaw lill-veterinarji.

Il-missjoni tal-FVE hija li tgħaqqad lill-professjoni veterinarja Ewropea għall-benefiċċju tas-saħħa tal-annimali, il-benesseri tal-annimali u s-saħħa pubblika. Hija taħdem biex tlaqqa’ opinjonijiet mill-membri kollha tal-korp veterinarju Ewropew u biex tifformula dawn l-opinjoni f’vuċi waħda korporattiva, bil-motto: Profeessjoni waħda, viżjoni waħda, vuċi waħda!

L-FVE temmen li hemm ħtieġa għal reviżjoni u ri-infurzar tal-miżuri bijosigurtà fil-livell tar-razzett. Bosta mill-mard emerġenti kurrenti huma żoonosi li jaffetwaw kemm lill-annimali kif ukoll lill-bnedmin u għalhekk jeħtieġu metodoloġija unifikata bejn il-mediċina veterinarja u dik tal-bnedmin. Metodoloġija bħal “Saħħa Waħda” tibbenefika lis-saħħa tal-annimali u tal-bnedmin madwar id-dinja.